Skip to main content

YouthIES Platform

0
0 reviews

Intraprenditorija Soċjali

Merħba għall-modulu tal-intraprenditorija soċjali tal-proġett YouthIES. F’dan il-modulu, se nibdew il-vjaġġ eċċitanti tad-dinja tal-intraprenditorija soċjali li tilgħab parti vitali fit-trasformazzjoni ... Show more
  • Deskrizzjoni
  • Kurrikulu
  • Reviews

L-intraprenditorija soċjali fl-ekonomija tas-seklu 21 hija forma altruwista tal-intraprenditorija u hi differenti mill-mudelli tal-aħħar seklu, fejn tpoġġi lill-intraprenditur fiċ-ċentru tal-ekonomija u tarah jew taraha bħala xprun essenzjali għat-trasformazzjoni soċjali u l-innovazzjoni.

Fi kliem sempliċi, l-intraprenditorija ssir intrapriża soċjali meta titrasforma l-kapital soċjali b’tali mod li jaffettwa pożittivitament lis-soċjetà. L-intraprendituri soċjali jirrikonoxxu l-problemi soċjali immedjati, imma jifhmu wkoll il-kuntest aktar wiesa’, filwaqt li ma jinsewx il-ġenerazzjoni tal-profitti biex b’hekk imantnu s-sostenibbiltà finanzjarja tal-impriża.

Dan hu mudell ekonomiku interessanti ferm, kif ukoll mudell li ekonomiji fil-Punent huma impenjati għalih għall-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetajiet tagħhom.

EŻITI TAT-TAGĦLIM

Sal-aħħar ta’ dan il-modulu, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ se jkunu jistgħu:

  • Jifhmu u jippreżentaw il-kunċett ta’ intraprenditorija soċjali.
  • Jifhmu l-impatt pożittiv ta’ dan il-mudell ta’ negozju.
  • Jipprovdu liż-żgħażagħ b’ħarsa ġenerali storika fuq l-oriġini u l-iżvilupp tagħha.
  • Joffru linji gwida għall-identifikazzjoni tal-problemi soċjali.
  • Jiġġeneraw soluzzjonijiet innovattivi għal dawn il-problemi.
  • Jiggwidaw liż-żgħażagħ biex jiddefinixxu mudelli ta’ intraprenditorija soċjali. 
  • Jifhmu d-dilemmi etiċi tal-intraprenditorija soċjali.
  • Jifhmu l-linji gwida għall-bilanċ fil-profitti.
  • Jifhmu l-qafas legali tal-intraprenditorija.
course-social-entrepreneurship.jpg
Course details
Lectures 7
Quizzes 1