Skip to main content

YouthIES Platform

0
0 reviews

L-iddisinjar ta’ metodoloġiji ta’ ħsieb u worksheets prattiċi għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

F’dan il-modulu se ssib informazzjoni dwar l-iddisinjar tal-ħsieb għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ. L-iddisinjar tal-ħsieb sar popolari f’dawn l-aħħar snin ... Show more
  • Deskrizzjoni
  • Kurrikulu
  • Reviews

L-iddisinjar tal-ħsieb jinkoraġġixxi lin-nies biex ikollhom moħħ miftuħ u spirtu kreattiv peress li ħafna mix-xogħol isir fuq il-fehim tal-problema ta’ persuna, is-sitwazzjoni u l-kuntest tagħhom, u l-attentat biex tinstab soluzzjoni possibbli. Il-fehim huwa l-ewwel pass, li jiġi segwit b’li wieħed jagħti struttura ta’ diversi fażijiet: tosserva, tiddefinixxi, toħloq l-ideat, il-prototipi, tittestja, u tirrifletti. Sabiex tagħmel dan, hemm diversi għodda li tista’ tuża, b’uħud minnhom ikunu mniżżla b’mod sommarju f’dan il-modulu; madankollu, aħna nistednuk biex ikollok toolbox aktar vasta meta tapplika l-iddisinjar tal-ħsieb fix-xogħol tiegħek maż-żgħażagħ.

Ix-xogħol maż-żgħażagħ jista’ jsib utilità fl-iddisinjar tal-ħsieb għaliex huwa ċċentrat mal-bniedem, xi ħaġa li għandha tgħin lill-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ sabiex ikollhom liż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-ħidma tagħhom. Dan huwa importanti minħabba l-irwol kruċjali tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ fejn jidħol it-tisħiħ taż-żgħażagħ, li jistgħu jagħmlu billi jappoġġjawhom, jisimgħuhom, jagħtu importanza lill-isfidi u l-mistoqsijiet tagħhom, u jiggwidawhom f’sitwazzjonijiet kumplessi. Aħna nittamaw li dan il-modulu u din l-introduzzjoni qasira għall-iddisinjar tal-ħsieb għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ tkun ispiranti u tiftaħ bieb għal qafas ġdid għall-ħidma maż-żgħażagħ.

OBJETTIVI TA’ TAGĦLIM

L-objettivi ta’ tagħlim ta’ dan il-modulu huma dawn li ġejjin:

  • Li ssir familjari mal-kunċett tal-iddisinjar tal-ħsieb
  • Li titgħallem id-definizzjoni tad-disinjar tal-ħsieb u l-fażijiet tagħha
  • Li titgħallem kif l-iddisinjar tal-ħsieb jista’ jiġi applikat minn persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ
  • Li tirrifletti fuq l-irwol tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ vis-à-vis it-tisħiħ taż-żgħażagħ
  • Li tkun taf dwar ir-relazzjoni bejn it-tfassil tal-politika u l-iddisinjar tal-ħsieb
  • Li tifhem il-benefiċċji li tapplika l-iddisinjar tal-ħsieb fil-ħidma maż-żgħażagħ
  • Li jkollok worksheets prattiċi lesti għall-użu maż-żgħażagħ
  • Li tara eżempji tal-iddisinjar tal-ħsieb fil-ħidma maż-żgħażagħ
  • Li jkollok għodda u ispirazzjoni biex tuża l-iddisinjar tal-ħsieb fil-ħidma maż-żgħażagħ
course-design-thinking-methodologies.jpg
Share
Course details
Lectures 7
Quizzes 1